L-Indjani Pima tal-Arizona jgħidu li missier il-bnedmin u l-annimali kollha kien farfett, Cherwit Make (ħallieq tad-dinja), li ttajjar ‘l isfel mill-isħab lejn is-sisien koħol […] u fassal il-bnedmin mill-għaraq tiegħu stess. Hekk kif in-nies bdew jiżdiedu, saru egoisti u ġellieda, għalhekk Cherwit Make stmerra xogħolu u iddeċieda li jgħerreqhom kollha. […]
Kien hemm ċertu Hauk, xitan tal-muntanji, li serqilhom l-ulied bniet tagħhom u qatlilhom l-uliedhom subien. […] Fis-skiet segwieh għal fuq il-Muntanji tas-Supertizzjoni; xeħet id-droga fl-inbid tal-kaktus li bintu kienet se sservih; imbagħad, wara li xorbu, Suha ħareg mill-moħba tiegħu u farrak moħħ id-dimonju sturdut. […]
Il-Pima tant jemmnuha bis-sħiħ din il-profezija li ma jażżardux jaqsmu l-Muntanji tas-Superstizzjoni, għax hemm joqgħod Cherwit Make – jistenna li jilħqu l-qofol tal-ħażen tagħhom biex jitlaq għal fuq l-art baħar enormi li kien miżmum minn lqugħ wara l-muntanji.