L-Indjani tat-tribù Pima tal-Arizona jgħidu li missier il-bnedmin u l-annimali kollha kien il-farfett, Cherwit Make (il-ħallieq tad-dinja), li niżel iperper minn ġos-sħab għal fuq l-Irdumijiet Kaħlana[...] u ħalaq lill-bnedmin mill-għaraq tiegħu stess. Hekk kif il-bnedmin bdew joktru, bdew isiru egoisti u ġellieda, għalhekk Cherwit Make beda jistmerr il-ħolqien tiegħu stess u qatagħha li jgħarraqhom ilkoll.[...]
Mela kien hemm ċertu wieħed Hauk, xitan tal-muntanji, li seraq lill-bniet u qatel lis-subien tagħhom. [...] Huwa mar warajh inkiss inkiss għal ġol-Muntanji Superstizzjużi; tefa' l-velenu gol-inbid tal-bajtar tax-xewk li kienet ser tagħtih bintu; imbagħad, wara li kien xorbu, Suha ħareġ mill-post fejn kien mistoħbi u ta xebgħa kif imiss lil dak il-mingħul imbellah [...]
Il-Pimas tant jemmnu f'din il-profezija li ħadd minnhom ma jazzarda jaqsam il-Muntanji Superstizzjużi, għaliex hemmhekk joqgħod Cherwit Make - jistenna li l-ħżunija tagħhom tilħaq il-qofol tagħha biex hu jkun jista' jxerred fuq id-dinja mewġa kbira ta' baħar li jinsab maqful ġo diga kbira wara l-muntanji.