L-Indjani Pima tal-Arizona jemmnu li missier il-bnedmin u l-annimali kollha kien il-farfett Cherwit Make (dak li sawwar l-art), li niżel iperper mill-isħab lejn l-Irdumijiet Koħol[…], u sawwar il-bniedem mill-għaraq tiegħu. U hekk kif il-bnedmin tkattru, bdew isiru aktar egoisti u ġellieda, u Cherwit Make ħass stmerrija għal dak li ħalaq u qatagħha li jgħarraqhom kollha.[…]
Kien hemm wieħed, Hauk, għafrit tal-muntanji, li kien jisraq uliedhom bniet u joqtol uliedhom subien. […] Mar warajh inkiss inkiss ġol-Muntanji tas-Superstizzjoni; ħallat duwa fl-inbid tal-kaktus li kellu jiġi servut lilu minn bintu; imbagħad, meta xorbu, Suha ħareġ minn fejn kien moħbi u faqa’ moħħ il-ħajjen miblugħ. […]
Il-Pimas tant jemmnu bis-sħiħ din il-profezija li qatt ma jaqsmu l-Muntaniji tas-Superstizzjoni, għax hemm qiegħed Cherwit Make – jistenna li l-ħżunija tagħhom tilħaq il-qofol tagħha biex jerħi fuq id-dinja l-baħar immens li hemm miżmum wara l-katina ta’ muntanji.