L-Indjani Pima ta' Arizona jgħidu li missier l-bnedmin u l-annimali kollha kien il-farfett, Cherwit Make (il-ħallieq tad-dinja), li niżel itir mill-isħab lejn l-Irdumijiet Blu[...] u ħalaq lil bnedmin mill-għaraq tieghu stess. Hekk kif il-poplu beda jikber fin-numru, in-nies saru egoisti u ġellieda, u ghalhekk Cherwit Make iddiżgusta ruħu bil-ħolqien tieghu u ddeċieda jgħarraqgħom kollha.[...]
Kien hemm wieħed jismu Hauk, xitan tal-muntanji, li seraq lil bniet u qatel lis-subien. [...] Segwihom fis-skiet sal-Muntanji tas-Superstizzjoni; ivvelena l-inbid tal-kaktus li kellha sservilu bintu; umbagħad, wara li xorbu, Suha ħareg mill-moħba tiegħu u qasam ras il-mostru stordut [...]
Il-Pimas tant jemmnu bis sħiħ f'din il-profezija li ma jaqsmux il-Muntanji tas-Superstizzjoni, għaliex hemm joqgħod Cherwit Make - jistenna l-hażen taghħom jilħaq il qofol tiegħu sabiex jeħles fuq l-art bahar qawwi li jinsab miżmum wara l-firxa ta' muntanji.